Il-Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira tas-Soċjetà Mużikali Beland taż-Żejtun qed torganizza mixegħla bit-tema: “Id-dawl se jirbaħ fuq id-dlam.”
Din is-Soċjetà Mużikali Beland spjegat li din it-tema se tkun qed tirrappreżenta żewġ sinifikati; dik tal-qawmien ta’ Kristu, li hija l-qofol tal-fidi Nisranija, kif ukoll messaġġ ta’ tama u kuraġġ minħabba l-pandemija li d-dinja kollha għaddejja minnha.
L-attività b’differenza se tkun qiegħda tixxandar fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali. Dawk li se jżuru din il-mixegħla huma mħeġġa li josservaw id-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet għas-saħħa pubblika.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-paġna ta’ Facebook: BELAND jew billi tibgħat email fuq: info@belandband.com