15 ta’ Ottubru 1920. Propju bħal-lum 100 sena, 12-il raġel iltaqgħu fil-ħanut ta’ Antonio Schembri fi Triq San Ġwann il-Belt Valletta, fejn hawnhekk huma ddeċidew li joħorġu 25 lira kull wieħed u flimkien iffurmaw il-‘Camera Del Lavoro’ jew kif kien magħruf mal-Maltin il-Partit tal-Ħaddiema.
Il-Partit Laburista twaqqaf fi żmien meta l-ħaddiema Maltin ma kinux għaddejjin minn żminijiet faċli, hekk kif wara l-Gwerra l-Kbira ħafna spiċċaw mingħajr xogħol waqt li l-prezzijiet ta’ diversi affarijiet bażiċi splodew ‘il fuq, bħal ħobż li għola bi tliet darbiet.
B’dawn l-affarijiet dehru fiċ-ċar meta erba’ persuni tilfu ħajjithom fl-irvellijiet tas-Sette Giugno, sena qabel it-twaqqif tal-Partit Laburista.
Il-fundaturi u l-attivisti tal-bidu, li ħafna minnhom kienu ħaddiema t-tarzna ffurmaw il-Partit Laburista sabiex jgħin liż-żgħir u lil batut fis-soċjetà Maltija.
Intant fuq Twitter, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela stqarr li mitt sena ilu twieldet forza ta’ tama u progress li evolva f’moviment li rnexxielu jikseb bosta riżultati u issa jinsab f’pożizzjoni biex jikseb aktar fiż-żmien li ġej.
A hundred years ago a force for #hope and #progress was born, a #movement that has since achieved so much and is now poised to achieve even more in the years to come. #Proud 🇲🇹 of our roots, proud of our #future. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) October 15, 2020