L-ewwel mitt jum ta’ Gvern ġdid wassal ukoll biex Malta kompliet turi sehem importanti fil-fora internazzjonali.
L-ewwel mitt jum minn mindu Robert Abela ngħata l-akbar mandat elettorali fl-istorja ta’ Malta sovrana, l-impenji tal-Prim Ministru, anki barra l-pajjiż, ma waqfux. Impenji importanti wkoll għal Malta bħala parti mid-dinja.
Sal-aħħar tal-leġiżlatura li għaddiet, l-impenji baqgħu hemm, bil-Prim Ministru jkollu Kunsill Ewropew impenjattiv anki lejlet l-elezzjoni ġenerali.
Wara l-ewwel mandat tiegħu mill-poplu, il-Gvern kompla juri impenn sħiħ biex ikompli jsaħħaħ u jimmodernizza l-pajjiż.
Ix-xahar li għadda, inqas minn mitt jum wara li ngħata l-mandat Gvern ġdid Laburista, sar magħruf li pajjiżna wettaq il-pjan ta’ azzjoni maqbul mal-FATF.
Malta ġiet deskritta bħala storja ta’ suċċess.
Qal, “Dan il-proċess kien sfida li llum dawwarniha fi prova oħra ta’ kemm pajjiżna hu ġuriżdizzjoni serja. Infurmat li, saħansitra, Malta kienet deskritta bħala storja ta’ suċċess.”
Fl-ewwel mitt jum ma naqsux wkoll l-impenji barra l-pajjiż, b’żewġ Kunsilli Ewropej importanti li fihom ittieħdu d-deċiżjonijiet f’kuntest ta’ sfidi kurrenti.
Quddiem is-sanzjonijiet imposti u l-impatti tal-gwerra fl-Ukrajna, il-Prim Ministru saħaq mal-mexxejja Ewropej li rridu nassiguraw is-sostenibbiltà tal-azzjonijiet meħuda u, fuq kollox, iċ-ċittadini Ewropej m’għandhomx iħallsu l-prezz għas-sanzjonijiet imposti.
Fid-dinja hemm barra wkoll, f’dawn l-ewwel mitt jum intbagħat messaġġ ċar li Malta hi mudell għall-inklużjoni.
Il-Logħob tal-Olimpjadi Speċjali f’pajjiżna ġew imfissra bħala esperjenza pożittiva mill-President tal-Ispecial Olympics Europe, David Evangelista.
Qal, “I think for our organisation this really set a new standard of what’s possible even after all of this disruption. It also set a new standard of what is possible in nations around the world. We now look to the Republic of Malta and Special Olympics Malta as a driver for this inclusion movement. In new ways, they’ve always been a strong organistation but now, when they’ve brought 24 nations together, we can look to them now as innovators, as pioneers.”
Fuq kollox, f’dawn l-ewwel mitt jum, Malta mmexxija minn Robert Abela għamlet isem fid-dinja meta ġiet eletta b’vot b’saħħtu ta’ 97 fil-mija fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
F’dan il-Kunsill, Malta, pajjiż ċkejken iżda b’leġittimità kbira biex tisħaq fuq il-paċi, se jkollha vuċi importanti fil-qalba tad-deċiżjonijiet.
Huwa f’dan l-ispirtu li, anki meta kien f’Madrid lejn l-aħħar ta’ Ġunju li għadda, f’laqgħa ma’ mexxejja Ewropej u oħrajn min-naħa l-oħra tal-Atlantiku, il-Prim Ministru Malti saħaq fuq l-importanza tad-djalogu u biex jinstabu s-soluzzjonijiet madwar il-mejda.