Il-Prim Ministru Grieg Kyriakos Mitsotakis talab lill-Qorti Suprema tal-Greċja sabiex tagħti l-ogħla prijorità lill-każijiet kriminali li skattaw wara li l-ġimgħa li għaddiet seħħ inċident fatali b’ferrovija li ħalla minn tal-inqas 57 persuna mejta.
Mitsotakis tenna li l-poplu Grieg irid kjarifika immedjata u ċara dwar dan l-inċident traġiku.
Il-Prim Ministru Grieg qal dan f’ittra lill-Prosekutur tal-Qorti hekk kif sostna wkoll li l-investigazzjoni tal-Qorti hija waħda separata minn dik li skatta l-Gvern permezz tal-esperti tiegħu. Huwa talab ukoll għall-maħfra tal-familji tal-vittmi. Dan anke fi sfond ta’ protesti kbar li saru f’Ateni u li saħansitra nvolvew konfrontazzjonijiet mal-uffiċjali tal-Pulizija.
F’April il-Greċja se tkun qed tmur għal elezzjoni ġenerali.