F’aħbar mix-xena internazzjonali, qed ikun irraportat li ntilfu l-pjanti tas-sulari tal-kwartieri ġenerali tas-servizzi sigrieti Ingliżi minn kuntrattur waqt xogħlijiet ta’ rinovar. Id-dokumenti, li ħafna minnhom ġew rikoverati fihom informazzjoni sensittiva dwar il-bini tal-MI6.
Huwa maħsub li l-Kumpanija li kienet qed taħdem fuq r-rinovar, Balfour Beatty, m’għadiex inkarigata mix-xogħlijiet wara li dawn id-dokumenti mitlufa kienu biss f’idejn il-kuntrattur inkarigat mix-xogħlijiet. Filwaqt li d-dokumenti mhux kollha reġgħu instabu, qed ikun irraportat kif dawn ma kinux dokumenti kklassifikati iżda kien fihom informazzjoni sensittiva.