Omm ressqet ilment quddiem il-pulizija Ġermaniża, fejn allegat li kienet mitluba tagħfas sidirha, mit-taqsima tas-sigurtà fl-ajruport, bħala prova li kienet qed tredda’.
Gayathiri Bose qal lill-BBC li kienet “umiljata” mill-esperjenza u se tesplora l-azzjoni legali li tista tieħu. Qalet li l-pulizija fl-ajruport ta’ Frankfurt kienu suspettużi għax kellha pompa tas-sider waqt li kienet qed tivjaġġa, iżda kienet mingħajr it-tarbija magħha.
Il-Pulizija Ġermaniża ma kkummentawx dwar l-allegazzjonijiet speċifiċi imma qalu li tali miżuri mhux parti mill-proċedura ta’ rutina.
Bose kienet qed tivvjaġġa waħedha u kienet fit-triqtha lejn Pariġi il-Ħamis li għadda meta kienet twaqqfet, b’domandi bħal “fejn hi tarbija tiegħek?”. Il-mara, li hija minn Singapor u għahda 33-il sena, irrakkontat li ma riedux jemmu li l-apparat li kellhe fil-basket kien pompa tas-sider. Żammewlha l-passaport u ttieħdet għall-interrogazzjoni f’kamra għaliha.
Hemm, intalbet turi li qed tredda’. Kellha tiftaħ il-flokk, timmanuvra sidiriha biex toħroġ il-ħalib, quddiem il-Pulizija. Azzjoni li ddisturbatha bi kbir tant li spiċċat tibki. L-uffiċjali mbagħad irritornaw il-passaport u kellha permess titla’ abbord l-ajuplan.