Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump intalab biex jaċċerta jekk il-Prinċep tal-Arbaj Sawdija Mohammed bin Salman kellux irwol fil-qtil ta’ Jamal Khashoggi.
Mexxejja Repubblikani u Demokratiċi tal-Kumitat għar-Relazzjonijiet Barranin fi ħdan is-Senat bagħtu ittra jitolbu t-tieni investigazzjoni.
Iktar qabel, Trump iddefenda rabtiet tal-Istati Uniti mal-Arabja Sawdija, minkejja kundanna internazzjonali fuq il-każ.
Khashoggi inqatel fit-tnejn t’ Ottubru fil-konsulat Sawdi f’Istanbul.