Meta mistoqsi dwar jekk għandux provi li l-iktar minn sebgħin elf ewro (is-sena l-oħra biss) li d-DB group għadda lill-Partit Nazzjonalista intużaw għar-reklami fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li hija kwistjoni kummerċjali u ma weġibx.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista prova jimplika li l-flus li għaddew id-DB Group, għall-pagi ta’ Rosette Thake u Brian St John, u li għalihom ħarġet invoice minn media.link tħallsu lura f’reklami. Iżda, il-grupp sfida lil Busuttil joħroġ il-provi għax fi stqarrija nsista li ta dawn l-eluf ma ħa xejn lura. Għaldaqstant kienu l-ġurnalisti li talbu dawn il-provi u Busuttil inħeba wara l-iskuża kummerċjali.