Irene Crump u Phyllis Jones huma tewmin li ftit jiem ilu iċċelebraw il-mitt sena t’għeluq sninhom flimkien.
It-tewmin twieldu 25 minuta minn xulxin fl-20 ta’ Novembru tal-1916, marru l-istess skola, ħadmu l-istess xogħolijiet u saħansitra issa anke qed jgħixu flimkien f’Stourbridge, Worcestershire.
Riċentament it-tewmin iċċelebraw għeluq sninhom b’ikla ta’ nhar ta’ Ħadd fejn kellhom madwar 48 persuna mistiedna, fosthom familjari u ħbieb.
“Issoltu niċċelebra dan il-jum flimkien, u tkun l-aktar ġurnata pjaċevoli,” qalet Irene, l-iżgħar mit-tewmin.
Din is-sena iż-żewġt aħwa ma riedu ebda rigal, minflok, talbu li ssir donazzjoni għal air ambulance. “Għadna ma ġbarniex il-flus kollha, iżda naħseb għamilna biċċa xogħol tajba,” qalet Irene.
Araw jolqotkomx ukoll in-nailpolish blu daqs kemm laqat lilna!