L-awtoritajiet tas-saħħa u tat-turiżmu f’pajjiżna għaddejjin bit-tħejjijiet tekniċi biex jiġu verifikati l-karti ta’ vaċċinazzjoni tas-CDC tal-Istati Uniti.
Mit-Tnejn li ġej, dsatax ta’ Lulju, Malta se tkun qed tirrikonoxxi r-record card tas-CDC tal-Istati Uniti ta’ vaċċini approvati mill-Awtorità Ewropea tal-Mediċini bħala ċertifikat validu għall-vaċċin.
Dawn joħorġu wara li jkun ittieħed il-kors sħiħ tal-vaċċin u jkunu għaddew erbatax-il jum mill-aħħar doża.
Mill-ewwel t’Awwissu, ir-record card tas-CDC tal-Istati Uniti trid tkun verifikata minn app speċifika biex tkun aċċettata bħala ċertifikat tal-vaċċin validu.
Dettalji fuq din l-app ta’ verifika jingħataw aktar ’il quddiem.