B’seħħ mit-23 ta’ Mejju, il-ħinijiet tal-viżitaturi għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei se jirritornaw lura għan-normal.
Dan hekk kif il-ħinijiet, mit-Tnejn sal-Ħadd se jkunu mill-11:30am sas-1:00pm u mit-3:00pm sat-8:00pm.
Pazjent jista’ jkollu persuna waħda maġenbu f’kull vista li ssirlu. Dan japplika wkoll għal persuni fl-Emerġenza u l-Outpatients.
Intant l-ilbies tal-maskri fl-isptar se jibqa’ mandatorju sabiex jiġu protetti l-vulnerabbli li ta’ kuljum iżidu l-isptar Mater Dei.