Infrastruttura Malta ħabbret li qed tlesti ħafna mix-xogħlijiet tal-manutenzjoni tal-mini ta’ Ħal Kirkop, u fil-fatt minn nhar it-Tnejn li ġej, l-erba’ korsiji tal-mini se jkunu miftuħa tul il-jum.
L-aħħar xogħlijiet fil-mini mistennija jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin.
Dan il-proġett qed isir b’investiment ta’ €10 miljun u jikkumplimenta proġetti maġġuri oħra li għamlet l-aġenzija tal-Gvern, bħal dak tal-junction tal-Marsa.