Min-nhar it-Tnejn li ġej avvenimenti pjanati se jkunu jistgħu isiru biss bin-nies bilqiegħda, ħlief għal tiġijiet u funerali, u l-istabbilimenti jistgħu jibqgħu miftuħin biss sas-siegħa ta’ filgħodu.
It-tiġijiet u l-funerali se jibqgħu jsiru bil-protokolli eżistenti.
Id-Deputat Prim Ministru sostna li mis-sbatax ta’ Jannar li ġej iċ-ċertifikat tal-vaċċin se jibda jindika jekk wieħed ħax id-doża tal-booster, u minn l-istess data, numru ta’ stabbilimenti differenti, bħar-ristoranti, is-swali taċ-ċinema, il-bars, l-ispas eċċ. se jkunu jistgħu jilqgħu biss persuni li għandhom ċertifikat tal-vaċċin li juri jew li ħadu t-tieni doża tal-vaċċin f’inqas minn tliet xhur (f’każ tat-tilqima Johnson & Johnson, doża waħda) jew il-booster.
Tħabbar ukoll li attivitajiet sportivi se jkomplu isiru mingħajr spettaturi u fl-isptar Mater Dei se jkunu qed jonqsu l-ħin fejn wieħed jista’ jżur lill-pazjenti.
Rigward it-tilqim, id-Deputat Prim Ministru appella lill-ġenituri sabiex ilaqqmu lit-tfal tagħhom, u appella wkoll sabiex wieħed jieħu t-tilqima ta’ kontra l-influwenza.