Minn nhar it-Tnejn li ġej se jkun qed jibda t-tilqim kontra l-Covid-19 biswit iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm.Dan hekk kif issa f’dan iċ-ċentru mhux biss se jsiru d-donazzjonijiet tad-demm iżda se jkun qed isir l-għoti tat-tilqim tal-Covid-19 lil nies speċifikament li rċevew l-istedina mill-awtoritajiet tas-saħħa.
Is-servizz se jkun qed jiġi pprovdut mill-istaff tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm biswit iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa.
L-Infermier inkarigat mir-Relazzjonijiet Pubbliċi u Promozzjoni fiċ-Ċentru tal-għoti tad-demm, Tony Micallef, qal kif kollha kemm aħna għandna nqumu flimkien għall-okkażjoni.
Spjega kif kull min jilqa’ l-istedina u jmur jieħu t-tilqima, għandu jilbes ilbies li jiffaċilita l-kxif tal-ispalla fejn wieħed għandu jilbes flokk bin-nofs komma fejn jekk tkun il-kesħa għandha tintlibes ġakketta.