Mill-24 ta’ Mejju jekk xufiera jaqbżu l-veloċità stipulata fi Triq il-Kosta se jkunu qed jaqilgħu ċitazzjoni.
Dan hekk kif l-Aġenzija għall-Infurzar Lokali, LESA, lestiet l-installazzjoni ta’ żewġ ‘speed cameras’ fi black spots fi Triq il-Kosta. Dan sar wara li saru l-istudji, u nġiebu l-approvazzjonijiet neċessarji, fuq rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn Inkjesta Maġisterjali.
Permezz ta’ dawn l-‘ispeed cameras’, ser ikun qed isir investiment fis-sigurtà tas-sewwieqa, u b’hekk jiġu evitati inċidenti, li fil-passat sfortunatament ikkawżaw anke fatalitajiet.
Dawn l-‘ispeed cameras’ huma attivati fuq bażi ta’ twissija.
Dan ifisser li l-persuni li tinħarġilhom kontravenzjoni bejn il-perjodu ta’ 14 ta’ Mejju u 23 ta’ Mejju ser ikunu qegħdin jirċievu biss notifika li qabżu l-limitu ta’ veloċità permessa.
Il-kontravenzjonijiet effettivi ser jibdew jiġu maħruġa mill-24 ta’ Mejju.