Imdawrin b’għexieren ta’ Kapijiet ta’ skejjel primarji, il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca u l-Kap Eżekkutiv tal-Bank of Valletta, Mario Mallia, nedew it-tnax-il edizzjoni tal-Istrina BOV Piggy Bank Campaign.
Bit-tema “Mit-tfal b’solidarjetà”, din l-inizjattiva mhux biss għandha l-għan li jinġabru flus għall-Malta Community Chest Fund, iżda għandha wkoll l-għan li tiżra żerriegħa ta’ solidarjetà u altruiżmu fost it-tfal.
Minn għada sa tmiem il-ġimgħa d-dieħla, f’19-il rotta, f’200 skola madwar Malta u Għawdex se jitqasmu xejn inqas minn 2000 piggy bank.