Għad hemm mistoqsijiet kbar minn fejn l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ġab ħamsa u ħamsin elf ewro, biex jibda iħallas parti mit-taxxa li naqas milli jħallas lid-dipartiment tat-taxxa.
Minn investigazzjoni li għamlet l-gazzetta Kullħadd irriżulta, li meta ħallas parti mit-taxxa, ma biegħ ebda kumpanija li seta’ daħħal flus minnha, biex iħallas it-taxxa.
Għad hemm mistoqsijiet kbar minn fejn l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ġab ħamsa u ħamsin elf ewro, biex jibda jħallas parti mit-taxxa li naqas milli jħallas lid-dipartiment tat-taxxa.
Minn investigazzjoni li għamlet l-gazzetta Kullħadd, irrizulta li miż-żmien li qal li m’għandux cash flow sa meta għamel dan il-pagament lil tat-taxxa, ma biegħ ebda kumpanija li seta’ daħħal flus minnha, biex iħallas it-taxxa.
Adrian Delia għad għandu ishma f’Aequitas Management Limited u Aequitas Trust & Fiduciary Limited – id-ditti li minnhom kien jiddikjara li jdaħħal €210 fis-siegħa.
Għadu wkoll f’Carnaby Limited, e-Volve Consultancy Limited u Frankef Limited.
Filwaqt li għad għandu wkoll sehem f’Patience Development Limited.
Imkejjen fil-Partit Nazzjonalista spjegaw kif il-mistoqsija li qed tqum, hi dik li kieku neħħa xi waħda minn dawn is-sitt kumpaniji bejn Diċembru u Marzu, kien ikun hemm spjegazzjoni ċara dwar minn fejn ġew il-flus. Iżda, m’għamel xejn minn dan.
Minflok qal biss game over biex jipprova jagħti impressjoni lil Malta li kien ħallas it-taxxa kollha tiegħu. Però, imbagħad il-gazzetta Kullħadd żvelat li kien baqagħlu jħallas iktar minn dak li diġà ta.
Fil-fatt Delia għad baqagħlu jħallas ħamsa u sittin elf ewro, b’imkejjen fil-Partit Nazzjonalista jgħidu li ma jeħduhiex bi kbira li Delia jerġa’ jsib il-cash biex iħallas f’daqqa.
Li hu żgur hu li Delia baqagħlu xi jwieġeb ħafna.