Membri Parlamentari Ingliżi qed jitolbu lill-Ministru Michael Ellis għal aktar dettalji dwar l-allegat festin f’Downing Street waqt lockdown nazzjonali fir-Renju Unit.
Il-Membru Parlamentari Angela Rayner staqsiet jekk Boris Johnson kienx jaf bil-festin li sar f’Mejju tal-2020 u talbet biex ikun hu li jwieġeb għal dan.
Michael Ellis qal li għandu fiduċja fil-Prim Ministru imma ma kkummentax dwar l-investigazzjoni li qed issir dwar dan il-festin.
Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet BBC, madwar mitt persuna kienu mistiedna għal dan il-festin fil-ġnien ta’ Downing Street waqt l-ewwel lockdown li esperjenza r-Renju Unit fil-pandemija.
Xhieda qalu li Boris Johnson u martu Carrie kienu fost it-tletin persuna li attendew dan il-festin fl-għoxrin ta’ Mejju ta’ sentejn ilu.