Il-Ministru l-Kordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara l-pandemija, Owen Bonnici nieda konsultazzjoni pubblika dwar tnax-il qasam tematiku li se jkunu l-bażi tal-istrateġija għal wara l-pandemija tal-COVID-19.
Bħalissa f’pajjiżna qegħda tinbena strateġija nazzjonali għal wara l-pandemija fejn l-għan tagħha se tkun li tissawwar normalità ġdida li tikkumplimenta dak kollu li nkiseb waqt il-pandemija.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Owen Bonnici qal li pajjiżna qed iħares lejn l-istrateġija għal wara l-pandemija minn pożizzjoni b’saħħitha, tant li l-esperti internazzjonali qed ibassru li pajjiżna se jkun wieħed mill-ewwel li se jirkupraw ekonomikament mill-pandemija fl-Unjoni Ewropea.
Owen Bonnici sostna li l-fatt li ninsabu b’saħħitna ma jfissirx li ma nħarsux lejn il-futur jew li ma noħolmux aktar, u għalhekk il-gvern hu ffukat biex iħejji strateġija għal wara l-imxija.
Qal, “Aħna nappellaw lin-nies biex jipparteċipaw u jieħdu sehem f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni sabiex l-istrateġija meta tiġi ppubblikata fl-aħħar ta’ Ġunju li ġej tkun waħda robusta u li tirrifletti x-xewqat u l-espressjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin”
Iċ-Chairperson tal-Kumitat tal-Esperti li se jmexxi l-proċess ta’ konsultazzjoni, il-Professur Simone Borg sostniet li l-pandemija ħalliet impatti kbar fuq diversi setturi imma toffri wkoll opportunità biex nibnu soċjetà li tibqa’ miexja ’l quddiem waqt li tkun iktar inklussiva u sostenibbli.
Talbet lin-nies iressqu fehmithom billi jidħlu fuq is-sit www.konsultazzjoni.gov.mt
Spjega, “Imma ridna nisimgħu lil kemm jista’ jkun setturi x’jgħidulna huma kif laqtithom għax inti meta tisma’ l-opinjoni tan-nies milquta iktar ikollok effett dirett għal x’inhuma l-ikbar prijoritajiet u dawk it-tnax -il punt nistgħu hekk huma s-suġu ta’ dawn t-taħdidiet. Ħassejna li kellna naqsmuhom f’dawn it-tnax-il punt sabiex imbagħad nibnu fuqhom”