Dawn ir-ritratti ttieħdu dalgħodu f’Birżebbuġa, u juru Blue Fin Tuna li sabet ruħha fuq ix-xatt.
Espert fis-sajd qalilna li r-raġunijiet jistgħu jkunu bosta. Jista’ jkun li l-ħuta tkun mietet u jkunu ramewha tal-fish farms, jew inkella kien hemm xi ħsarat fix-xibka tal-farms u tkun ħarbet. Qalilna wkoll li każ hekk ma jiġrix spiss u ġeneralment ikun marbut ma’ xi maltempata – però llum żgur mhux il-każ.
Għalkemm id-daqs tal-ħuta jidher kbir għal dawk li mhux dilettanti, dan huwa daqs normali ta’ dan it-tip ta’ tonn.