Sitwazzjoni imbarazzanti fl-Indoneżja. Residenti skoprew dik li ħasbu kienet anġlu fuq bajja.
Il-pupa, deskritta mill-aġenzija tal-aħbarijiet Pojok Satu bħala ‘tifla anġlu’ instgħabet minn sajjied nhar id-19 t’April. Dan qal li din it-‘tifla’ waqgħat mis-sema.
Fir-rapport, il-media tiddeskrivi t-tifla anġlu bħala ‘tiddi bajda’, b”għajnejn kbar’ u ‘ħuġbejn ħomor’.
‘It-tifla nstagħbet rasha l-isfel, għarwiena u tibki, mgħottija biss b’liżar abjad’.
Is-sajjied ħa din it-‘tifla anġlu’ ġo villaġġ f’Kalupapi, fejn dawk tal-lokal libsuha mill-aħjar li kellhom, bil-hijab b’kollox, u sabulha tron.
L-eċitament kiber meta l-istorja qabdet bi kbir fuq l-internet.
Tistgħu timmaġinaw id-diżappunt meta waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-kap tal-Pulizija tal-villaġġ kellu jħabbar li l-pupa ma kienet xejn għajr sex toy – pupa tas-sess.
Il-pupa kienet eżaminata minn tim ta’ Pulizija tal-lokal. Issa n-nies tal-lokal qed jaħsbu li, wara kollox, ma ġietx mis-sema, imma ġiet skartata minn fuq dgħajsa li kienet għaddejja.