Bejn għada u l-Erbgħa hija mistennija li tagħmel ix-xita.
Dan wara li Frar li suppost ifawwar il-bjar kien iddominat min-nuqqas ta’ xita.
Skont it-tbassir ta’ temp għas-7 ijiem li ġejjin, maħruġ mill-Uffiċċju Meteroloġiku jidher li għada se jkollna riħ bix-xita. L-Erbgħa huwa mistenni li jkollna maltempata bir-ragħad.
Filwaqt li l-Ħadd jista’ jkun li jkollna xi ħalbiet iżolati tax-xita.