Għalkemm illum l-jum kien wieħed kiesaħ kkaratterizzat minn temp bnazzi u bix-xemx, jidher li dan mhux se jdum wisq hekk kif fil-jiem li ġejjin mistennija tagħmel ix-xita.
Is-sit tat-tbassir tat-temp FirstMalta, spjega kif minn għada filgħaxija se jqum riħ mill-Majjistral li se jilħaq fuq il-gżejjer Maltin u li miegħu se jġib ix-xita.
Kemm ir-riħ u kif ukoll ix-xita mistennija jippersistu matul il-ġurnata tal-Erbgħa, b’xita iżolata minn ħin għal ħin.
Filwaqt li sistema ta’ maltemp oħra mistennija li twassal Grigalata bil-possibbilta’ ta’ xita għal nhar is-Sibt.