Il-President tal-Eġittu qabel li jagħti aċċess biex jgħaddu għoxrin trakk b’għajnuna umanitarja għal Gaza.
Il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, qal mal-ġurnalisti li l-għajnuna mhux se tasal qabel nhar il-Ġimgħa.
L-Iżrael qaket li mhux se tkun qed twaqqaf l-għajnuna sakemm din l-istess għajnuna ma tkunx se tasal għand il-militanti tal-Hamas.
Il-President Joe Biden għamel żjara l-Iżrael bħala turija ta’ appoġġ fejn ta l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-Iżrael u l-messaġġ tagħhom fejn qalu li m’għandhom xejn x’jaqsmu mal-isplużjoni li seħħet fl-isptar ta’ Gaza.