In-NASA mistennija tibgħat ħelikopter fuq il-pjaneta Mars.
Jekk din il-missjoni tkun ta’ suċċess, din se tkun l-ewwel titjira kkontrollata fuq pjaneta oħra.
Il-ħelikopter bl-isem ta’ Ingenuity huwa mistenni jitla’ ’l fuq għal madwar tliet metri għal madwar tletin sekonda, idur u jinżel fuq l-art.
Minkejja dan, din mhux se tkun biċċa xogħol faċli.