Illum f’Ruma mistennija jiltaqgħu id-diriġenti tal-klabb ta’ Liverpool flimkien ma’ dawk tal-klabb Taljan Roma.
Dan wara l-inċidenti li nqalgħu barra l-grawnd f’Liverpool nhar it-Tlieta li għadda, fejn raġel ta’ tlieta u ħamsin sena mill-Irlanda spiċċa f’qagħda kritika.
Il-klabb ta’ Liverpool għandu aġenda mħejjija għal dan il-meeting, fejn fost il-kwistjonijiet li se jigu diskussi huma r-rotot li l-partitarji jistgħu jgħaddu minnhom, u f’liema ħin huwa l-aħjar li l-partitarji għandhom jibdew jaslu l-grawnd.
Jidher konfermat ukoll li l-pulizija ta’ Merseyside se tkun qiegħda f’Ruma biex tgħin għas-sigurta ta’ din il-logħba.
Informazzjoni mogħtija minn Shaun Cucciardi.