Fl-Istati Uniti, partikolarment f’Texas, qed iħejju rwieħhom għal maltempata li hija mistennija teskala f’urugan, bl-isem ta’ Beryl.
Dan l-urugan huwa mistenni li jġib miegħu riħ qalil, u maltempati b’ħafna xita.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Uħud mill-akbar portijiet f’Texas jinsabu magħluqa, filwaqt li r-residenti huma avżati li jista’ jkun tinqata’ l-provvista tal-elettriku.
Minħabba l-urugan Beryl, mietu madwar 10 persuni fil-Karibew.
Aktar minn miljun persuna f’Texas tpoġġew taħt avviż ta’ prekawzjoni.