Fil-ħin li ġej il-gżejjer Maltin mistennija jintlaqtu minn maltempata bix-xita u r-ragħad. Dan minħabba ċ-ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa li tinsab fuq il-Baħar Jonju u ċ-Ċentru tal-Mediterran ser tintensifika.
It-temperatura matul il-jum se tkun qed tinħass madwar 11-il grad Celsius bl-ogħla temperatura mistennija tkun 13-il grad Celsius u l-aktar li se tinżel hi 3 gradi celsius.
Ir-riħ mistenni jkun Forza 3 mill-Majistral li se jiżdied għal Forza 5.