Bosta bassara tat-temp qed jirrapportaw dwar maltempata qawwija bir-ragħad li mistennija tolqot il-gżejjer Maltin u Għawdxin.
Din mistennija tasal bejn illejla u għada waranofsinhar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Rapporti tat-temp qed jgħidu kif Sqallija se tkun milquta bil-kbir minn din il-maltempata fejn Malta u Għawdex se jkunu qed iduqu tgħoma żgħira tagħha.
Hu mistenni xita qawwija, trombi fuq il-baħar, riħ u x’aktarx anke silġ.
ONE News jixtieq iwissi lill-qarrejja tiegħu biex jevita li joħroġ f’ħinijiet li tkun nieżla xita qalila, jipparkja f’żoni li mhux f’riskju li tinġarrlek il-karozza bl-ilmijiet u jekk mhux għall-bżonn, ma jsuqx f’temp estrem.