Il-Prim Ministru ta’ New Zealand, Jacinda Ardern tat il-kelma tagħha li se tkun qed isaħħaħ il-liġijiet kontra t-terroriżmu. Hija sostniet dan wara l-attakk b’sikkina li sar ilbieraħ f’Aukland.
Fid-diskors tagħha, Ardern tenniet illi qed tistenna li jkollha s-sapport parlamentari dwar il-bidliet kontra t-terroriżmu. Fost it-tibdil hemm li se ssir aktar faċli biex jiġu mixlija l-persuni li jkunu qed jippjanaw attakk terroristiku.
L-aggressur, li kien magħruf għall-appoġġ li jagħti lill-Istat Iżlamiku, inqatel mill-pulizija wara li hu ta’ daqqiet ta’ sikkina lil seba’ minn nies, li tlieta minnhom jinsabu f’qagħda kritika.