L-awotritajiet Spanjoli qed jistennew li jilħqu l-quċċata ta’ każijiet tal-coronavirus nhar il-Erbgħa li ġej. L-uffiċjal tas-saħħa, Enrique Ruiz Escudero, qal li n-numru ta’ każijiet relatati mal-pandemija fi Spanja mistennija li jonqsu sal-aħħar tal-ġimgħa.
Escudero spjega li din l-istima hija bażżata fuq il-perjodu massimu ta’ inkubazzjoni tal-virus flimkien mal-miżuri ta’ iżolament u l-għeluq ta’ skejjel madwar il-pajjiż.
Fil-kapitali Spanjola, Madrid, madwar 600 ħaddiem tas-saħħa ttestjaw pożittiv għal Covid-19 filwaqt li 1,400 oħra li kienu f’kuntatt dirett ma’ pazjenti infettati jinsabu f’iżolament preventiv fid-dar.