Għall-ħabta tas-13.30 mistennija jidħlu f’Malta il-141 immigrant abbord l-MV Aquarius f’Boilers Wharf fl-Isla.
Il-Forzi Armati ta’ Malta bdew bit-tħejjijiet tagħhom biex jassistu fl-iżbark tal-immigrant. Dawn se jkunu assistiti mill-awtoritajiet tas-saħħa, il-Pulizija mis-sezzjoni tal-Immigrazzjoni, kif ukoll uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili, mill-Aġenzija għall-Persuni li jfittxu l-Ażil, Transport Malta u l-awtoritajiet tal-port.
L-immigranti imbagħad jittieħdu fiċ-ċentru tal-Marsa u fil-jiem li ġejjin mistennija jitqassmu bejn Franza, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, il-Portugal u Spanja. L-ebda immigrant mhu se jibqa’ f’Malta.