Matul din is-sena mistennija jgħaddu kważi 5 miljun passiġġier mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dan ifisser żieda ta’ 7.5% passiġġier fuq is-sena ta’ qabel.
B’reazzjoni għall-istatistika mogħtija mill-Kap Eżekuttiv tal-MIA, Alan Borg, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li qed jinħasad dak li ġie miżrugħ. Hawnhekk għamel referenza għas-suq Pollakk, suq ġdid li qed ikun attriat lejn pajjiżna b’riżultat ta’ strateġija effettiva. B’referenza għall-impatt ta’ Brexit, Zammit Lewis qal li dan se jwassalna għal diversifikazzjoni.
B’referenza għall-ewwel sitt xhur, il-Ministru qal li meta wieħed iqis li s’issa mhux ikunu inklużi l-aqwa xhur, it-tkabbir huwa wieħed esorbitanti. “Qegħdin nassiguraw settur turistiku sostenibbli, li jwassal għal kunudizzjonijiet tal-ħaddiema aħjar.” Ġie rrimarkat ukoll li qegħdin jiġu eliminati l-hekk imsejħa shoulder months.