Nies jixtru, min bil-basktijiet, min jikkonfondi x’se jixtri u min jaf x’irid jixtri f’dan iż-żmien tal-festi.
Tmiem din il-ġimgħa mistenni jara influss qawwi ta’ familji Maltin jidħlu l-Belt biex fi spirtu hieni tal-Milied jiddevertu u jkunu parti minn attività ma taqta’ xejn fil-kapitali ta’ pajjiżna.
Bosta ħwienet u ċentri kummerċjali oħra qed jistennew li matul il-ġurnata tal-Ħadd t-toroq ewlenin fil-Belt jimtlew bl-attività kummerċjali.
Fil-fatt tal-ħwienet tal-Belt jinsabu ħerqana hekk kif qed iħejju u jistennew influss qawwi ta’ nies propju fil-Ħadd ta’ qabel il-Milied.
Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef spjega kif f’dawn iż-żminijiet il-kapitali se tkun belt iżjed vibranti u ħajja milli hi diġà.
Micallef qal li “L-attivitajiet li se jkomplu jiżdiedu b’modd speċjali għada,b’korrijiet baned it-Tnejn ukoll fi’ Pjazza Republika, Pjazza reġina, Pjazza la Vallette u pjazzez ukoll li umbad bilmod il-modd iwasslu ukoll għall-folol kbar li se jiċċelebraw tmiem l-aħħar tas-sena fi pjazza San Ġorg poittiv ħafna li dawn huma ġranet eċċitanti ħafna għal Belt kollha kemm hi , kif ukoll għan-nies li jaħdmu fl-ospitalità u neġożju kollhu inġenerali li jaħdmu fil-Belt Valletta.”
Il-Belt Valletta hija sinonima mal-festi tal-Milied hekk kif bosta nies isostnu li ma jistax jiġi Milied mingħajr ma jidħlu l-Belt u għalhekk jieħdu pjaċir jidħlu bil-familja qalb id-dwal mixgħulin u t-tiżjin li jfakkar it-twelid ta’ Ġesù Bambin.