Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May sejjħet elezzjoni bikrija fir-Renju Unit li mistennija ssir fit-8 ta’ Ġunju.
Hija qalet li r-Renju Unit għandu bżonn ċertezza, stabilità u tmexxija soda wara BREXIT. L-elezzjoni kienet mistennija ssir fl-2020 iżda Theresa May ħabbret elezzjoni bikrija.
Din l-elezzjoni tista’ tkun possibli jekk ikun hemm l-approvazzjoni ta 2/3 tal-kamra tad-deputati f’ Westminster jew inkella jkun hemm vot ta’ sfiduċja fil-Gvern ta’ May. Hekk kif il-PM Ingliża ħabbret dan kien hemm ukoll ċaqliq fil-valutazzjoni tal-lira ingliża (Pound). Dan hekk kif jidher li rkuprat.
Il-Prim Ministru Ingliż ser tkun qed tressaq din il-mozzjoni nhar il-Erbgħa li ġej u qed titlob id-deputati biex jagħtu l-appoġġ tagħhom.