Giuseppe Conte kellu jwarrab mix-xena politika Taljana wara li ftit tal-jiem ilu kien nominat sabiex jilħaq Prim Ministru ġdid.
Il-media internazzjonali qed tirrapporta li Conte kellu jwarrab wara li huwa ma rnexxilux jifforma Gvern ġdid.
F’diskors il-Ħadd filgħaxija, l-President Taljan Sergio Mattarella qal li bħalissa l-Italja tinsab fi kriżi politika hekk kif il-pajjiż ilu mingħajr Gvern sa mill-elezzjonijiet tal-4 ta’ Marzu li għadda wara li l-ebda partit politiku ma kiseb maġġoranza.
Huwa qal ukoll li fis-siegħat li ġejjin mistenni jiddeċiedi dwar il-possibilta ta’ elezzjoni oħra.