Is-Sajf; ġie u telaq. Qisu ħolma sabiħa.
Miegħu ser jitilqu temp sħun u x-xemx tiżreġ. Dan hekk kif illum huma mbassrin buffuri tar-riħ u possibilment silġ.
Dawn ser ikunu akkumpanjati max-xita, ragħad u umdità qawwija ta’ 84% li ġġiegħlek tisħet is-siegħa u l-mument li għamilt dak l-appuntament għand l-istilista tax-xagħar.
Il-viżibilità hija moderata u ssir ħażina fix-xita. Minkejja dan, għad ma hemm l-ebda twissijiet.
Allavolja mistennija xi xita u ragħad, it-temperatura għadha ma battietx u l-ogħla temperatura għal-lum mistennija tkun 28 grad.