L-Awtorità għall-Bini u Kostruzzjoni qed tappella lill-iżviluppaturi u l-kuntratturi biex jieħdu l-prekawzzjonijiet neċessarji sabiex jassiguraw li l-attività ta’ kostruzzjoni ma tirriżultax f’xi ħsara lill-proprjetajiet biswit oħra minħabba li fil-jiem li ġejjin mistennija aktar xita.
Kelliem għall-Awtorità spjega ma’ ONE News li żviluppatur għandu jieħu ħsieb li ma jħallix ħitan u soqfa mikxufa, bħal konsenturi u fessuri, fl-ispazju li fuqu ser jibni u jiksihom b’materjal adegwat sabiex ma ssirx ħsara i tista’ tirriżulta mill-infiltrazzjoni ta’ ilma.
F’każ li l-iżviluppatur u t-terz ma jaslux għal ftehim biex jissewwew il-ħsarat, it-terz għandu d-dritt li jinfurma b’mod uffiċjali b’rapport dettajat bil-miktub, inkluż evidenza fotografika, lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni.
Fin-nuqqass li t-terz jonqos milli jissottometti provi li nbdew tali proċeduri fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tat-tlestija tal-proġett, l-Awtorità tirrilaxxa l-garanzija bankarja.