Matul il-jum, tim internazzjonali ta’ prosekuturi mistennija jippubblikaw is-sejbiet tagħhom b’rabta mat-twaqqigħ tat-titjira MH17 fuq il-Lvanta tal-Ukrajna fl-2014.
It-tim immexxi mill-Olandiżi qed jiġbru l-evidenza fuq possibilment proċess kriminali. Inkjesta li saret qabel mill-Bord tas-Sikurezza Olandiż kkonkludiet li missila Russa laqtet l-ajruplan, mingħajr ma speċifikat minn spara dan.
It-titjira telqet minn Amsterdam fi triqitha għal Kuala Lampur meta ġara dan il-każ li ħalla l-298 persuna abbord, lkoll mejta.