Tul il-jum, il-Mexxeja tal-Punent mistennija jimponu iżjed sanzjonijiet fuq ir-Russja.
Qalet dan l-Amerka filwaqt li sostniet li dan qed jiġri minħabba l-attroċitajiet li saru f’Bucha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Kelliema għall-White House Jen Psaki qalet li dawn il-miżuri huma mmirati għall-uffiċjali Russi u kif ukoll entitajiet oħra kemm finanzjarji u anke governattivi.
Dawn is-sanzjonijiet mistennija jinkludu l-projbizzjoni ta’ investiment ġdid fir-Russja.