Sal-aħħar tal-2016 l-awtoritá ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni se tkun installat 300 WI-FI point f’postijiet pubbliċi madwar Malta u Għawdex. Sal-aħħar tas-sena d-dieħla dawn mistennija jiżdiedu għal 400.
Preżentament f’kull lokalitá insibu tal-inqas żewġ WI-FI points u sa tmiem l-2017, mistennija jkun hemm mill-inqass erba’ wi-fi points f’dawn il-lokalitajiet. Matul l-2016, kienu aktar minn 2.5 miljun il-persuni li użaw l-aċċess tal-Hotspots. L-iktar lokalitajiet popolari kienu Buġibba, l-Belt Valletta, Paceville u l-Balluta. Hija l-lokalitá ta’ Birkirkara segwita minn tas-Sliema l-iktar li għandhom hotspots għall-pubbliku.
L-MCA għandha ukoll mobile APP, li tiddentifika l-iktar hotspots viċin ta’ fejn tkun il-persuna. Hu u iħabbar li l-mira tat-300 wi-fi spot madwar il-pajjiż inkluża fil-manifest elettorali tal-Gvern kienet issupperata, il-Ministru Manuel Mallia ddeskriva dan l-investiment bħala parti minn revolozzjoni diġitali li se tkun utli mhux biss għall-Maltin iżda anke għat-turisti u n-negozji.
Filwaqt li fakkar li bħalissa jeżisti aċċess għal WI-FI b’xejn f’Mater Dei, fuq il-vapuri tal-Gozo Channel u fi 80 ċentru ta’ customer care fid-Dipartimenti l-Gvern, il-pass li jmiss hu li jkun provdut WI-FI b’xejn fuq it-trasport pubbliku.