L-istat Amerikan Hawaii qed jipprepara ruħu għal urugan perikoluż ta’ kategorija erbgħa li jaf jolqot il-gżejjer l-Erbgħa filgħaxija ħin tal-post.
Il-maltempata Lane tniżżlet għal maltempata f’kategorija erbgħa, b’irjiħat li jleħqu l-250km fis-siegħa, iżda l-uffiċjali qed jgħidu li xorta għadha viċin is-saħħa ta’ kategorija ħamsa.
It-tbassir tat-temp qed jgħid li l-gżejjer se jaffaċċjaw irjiħat b’saħħithom u mewġ kbir, anke jekk il-maltempata ma tmissx mal-art.
L-aħħar maltempata ta’ kategorija ħamsa li ġiet daqshekk viċin tal-Hawaii kienet John fl-1994.
Is-Servizz Nazzjonali tat-Temp ippulika twissija ta’ urugan għal Big Island u twissija għall-għassa ta’ urugan għal gżejjer Oahu, Maui, Molokai u Lanai.
Il-flotta navali ħabbret li vapuri u sottomarini li huma bbażati f’Pearl Harbour se jinħarġu ‘l barra fil-baħar fejn se jkunu ‘l bogħod mill-passaġġ tal-maltempata.