L-Uffiċċju Meteoroloġiku ta’ pajjiżna qiegħed ibassar temp sabiħ għall-ewwel jum tas-sena l-ġdida.
Fil-fatt, fi stqarrija l-uffiċċju meteoroloġiku qal kif matul il-lejl li se jilqa’ l-ewwel tas-sena pajjiżna mhux se jkun suġġett għal temperaturi baxxi.
Fl-aħħar tas-sena t-temperatura mistennija tinżel għal tnax-il grad celsius, bl-ogħla temperatura mistennija li tilħaq it-tmintax-il grad celsius, grad celsius biss ogħla mill-medja għal dan iż-żmien.
Temp simili imbagħad mistenni fl-ewwel jum tal-2023, bit-temparaturi jvarjaw bejn sabtax u tlettax-il grad celsius.
L-Uffiċċju Meteoroloġiku stqarr kif mistenni wkoll riħ ħafif mill-Lbiċ li jsir ħafif għal moderat lejliet l-ewwel tas-sena. L-għada ir-riħ mistenni li jmun ħafif mill-Grieg il-Lvant.
Iċ-ċpar li affettwa l-gżejjer Maltin f’dawn l-aħħar jiem mistenni li jibqa’ jkun esperjenzat fi tmiem il-ġimgħa.
Minn nhar l-Erbgħa, l-4 ta’ Jannar, it-temp mistenni jaqleb għal wieħed il-biċċa l-kbira msaħħab b’possibiltà ta’ xita. Dan x’aktarx se jirriżulta f’temperaturi iktar kesħin fuq il-Gżejjer Maltin.