Riħ qawwi mistenni jaħkem il-Gżejjer Malti bejn illum u għada minħabba pressjoni għolja tal-arja fuq il-kontinent Ewropew. Ir-riħ mill-Grieg Lvant se jkun qawwi fuq Malta u Għawdex. Il-mewġ mistenni jilħaq għoli ta’ erba’ metri, u l-pubbliku qed ikun imwissi biex ma jħallix karozzi pparkjati mal-kosta.
Mhux eskluż li jkollna wkoll ħalbiet iżolati ta’ xita.