Il-lejl tat-Tlieta mistenni jkun lejl impenjattiv ħafna għall-professjonisti kollha li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Emerġenza hekk kif tul dawn l-aħħar sigħat iddaħħlu l-isptar numru kbir ta’ persuni li għandhom bżonn kura akuta urġenti hekk kif bħalissa beda jeqleb it-temp. Dan stqarru l-Kap tad-Dipartiment tal-Emerġenza, l-konsulent Michael Spiteri fejn għal darba oħra reġa fakkar lill-pubbliku sabiex f’każijiet mhux urġenti jutilizzaw iċ-ċentri tas-saħħa.
Dr Spiteri rrimarka wkoll li d-Dipartiment tal-Emerġenza ma jaħdimx bil-kundizzjoni first come first served u persuni li għandhom problem mediċi aktar serji jieħdu prioritá.