Dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen mistennija tippreżenta l-prijoritajiet għas-sena li ġejja.
Dan se jsir waqt id-diskors tal-Istat tal-Unjoni li għall-ewwel darba se jsir ġewwa l-kapitali Belġjana Brussell, hekk kif is-soltu dan isir fi Strassburgu. Mhux se jsir fil-plenarja fil-belt Franċiża minħabba li bħalissa din il-belt tinsab fil-lista l-ħamra kawża tal-imxija.
Waqt dan id-diskors mistenni, il-President tal-Kummissjoni Ewropea se tagħti rendikont tal-ewwel sena tagħha fil-kariga.