Imħallfin tal-Appelli se jkunu qed jagħtu l-verdett tagħhom kontra l-eks mexxej militari Serb Ratko Mladic, b’hekk jintemm l-aħħar proċess tal-ġenoċidju li seħħ fl-1995 quddiem il-Qorti Internazzjonali f’The Hague.
L-Imħallfin se jibdew jaqraw id-deċiżjoni tagħhom fil-ħin li ġej.
Mladic li llum għandu 78 sena mexxa l-forzi Serbi matul il-Gwerra tal-Bosnja tal-1992 li baqgħet għaddejja sal-1995. Fl-2017, huwa nstab ħati fuq akkużi ta’ ġenoċidju, krimini tal-gwerra inkluż it-terroriżmu tal-popolazzjoni ċivili.
Il-qtil ta’ aktar minn 8,000 raġel u tifel Musulman huwa l-agħar massakru fuq art Ewropea mit-Tieni Gwerra Dinjija u jibqa’ l-unika ġenoċidju fil-kontenut rikonoxxut minn żewġ qrati internazzjonali.