Fl-età ta’ 31, Sebastian Kurz – il-mexxej tal-Partit Konservattiv fl-Awstrija, mistenni jkun l-iżgħar mexxej fid-dinja, hekk kif huwa previst li l-Partit tiegħu se jirbaħ l-elezzjoni ġenerali.
Qabel l-elezzjoni, isem Kurz kien diġà mnaqqax fl-istorja bħala l-iżgħar Ministru għall-Affarijiet Barranin fl-Ewropa, wara li kien fit-tmun ta’ din il-kariga fl-2013 meta kellu biss 27.