Fl-aħħar jiem, pajjiżna kien qed igawdi minn xemx tiżreġ bħal donnu l-istaġun tas-Sajf kien beda. Iżda llum qomna b’temp bix-xita, sħab iswed u maltemp. Filfatt, it-tbassir tal-Uffiċju Meterjoloġiku kien li tul il-ġurnata tal-Erbgħa, mistenni jkollna l-maltemp.
L-ogħla temperatura llum hija ta’ 14-il grad celcius u se tinżel għal 11-il grad celcius. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn it-temp fil-jiem li ġejjin, se jkollna taħlitha ta’ temp sinonimu mar-Rebbiegħa u temp aktar sinonimu mal-ġranet Xitwin.
Dan hekk kif il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt huwa mistenni li jkollna temp sabiħ, iżda mill-Ħadd huwa mbassar li jerġa’ jkollna x-xita. Iżda għal dawk li beħsiebhom jerħulha jsegwu r-Regatta nhar Jum il-Ħelsien, t-temp mistenni jkun xemxi.