Brenton Terront ta’ 29 sena li huwa l-persuna li f’Marzu tas-sena l-oħra kien ippjana u wettaq l-attakki mdemmija fuq żewġ moskej fi New Zealend, wieġeb ħati għal 51 akkuża miġjuba kontrih, 40 fuq attentat ta’ qtil u akkuża ta’ terroriżmu.
Fil-Qorti ħareġ ukoll li Tarrant kien qed jippjana li jattakka it-tielet moskea.
Fis-sentenza tal-Qorti, li s-smigħ tagħha se jdum sa erba’ t’ijiem, Tarrant mistenni jingħata is-sentenza ta’ għomor il-ħabs mingħajr il-possibilità ta’ parole – sentenza li l-midja internezzjonali rrrapurtat li New Zealend ra għall-ewwel darba tingħata mill-Qorti tal-pajjiż.
Fl-attakki terroristiċi, li partijiet minnhom kienu diretti online, ir-raġel qatel 51 persuna wara li fetaħ in-nar fuq iż-żewġ moskej.